Skip to product information
1 of 2

L-Immakulata Kunċizzjoni - Bormla - Kartolina

L-Immakulata Kunċizzjoni - Bormla - Kartolina

Regular price €4,80 EUR
Regular price Sale price €4,80 EUR
Sale Sold out
Tax included.

Iċċelebra l-festa ta' Bormla b'kartolina oriġinali u l-ġmiel tagħha mingħand 4kelmiet!

Il-patruna ta' din il-belt Cospicua - l-Immakulata Kunċizzjoni - tieħu postha fin-nofs tal-wiċċ tal-kartolina. Hi mdawra bl-elementi kollha li jsawru l-festa tradizzjonali: il-mużika, id-dekorazzjonijiet tal-knisja, il-qubbajt, il-murtali...Il-warda dehbiena bla xewk li kkommemorat l-anniversarju ta' 200 sena mindu l-knisja ta' Bormla ġiet mgħollija għad-dinjità ta' Kolleġġjata hija simbolu Marjan li żżejjen l-inkwatru titulari tat-tempju Bormliż. U l-monogramm Marjan, flimkien mal-istilel tal-Immakulata, jagħtu ġieħ lill-kobor u l-irwol qaddis tagħha.

Jekk tixtieq:

  • tistieden lil xi ħadd speċjali għall-ikla annwali tal-festa
  • twassal ftit mill-festa lil qrabatek imsifrin, jew
  • sempliċiment tnissel tbissima fuq wiċċ xi ħbieb tiegħek involuti fil-festa

din il-biċċa arti ċkejkna żgur ħa ġġib il-ferħ tal-festa Maltija fid-djar ta' min jirċeviha.

Din il-kartolina hija vojta minn ġewwa u pprintjata fuq karta Fedrigoni ta' 330gsm. Tintbagħat lill-indirizz provdut flimkien ma' envelop b'xejn, u tieħu madwar ġimgħa u nofs biex tasal. Dan huwa prodott ta' kwalità għolja. 

View full details