1
/
of
2
Qniepen tal-Għid, kartolina + envelop - Bilingwi (Malti u Ingliż)
Qniepen tal-Għid, kartolina + envelop - Bilingwi (Malti u Ingliż)
Regular price
€4,80 EUR
Regular price
Sale price
€4,80 EUR
Unit price
/
per
Tax included.
Couldn't load pickup availability
Din il-kartolina tislet mill-ferħ tal-Għid fil-qalb ta' tfajjel li jħabbar l-Irxoxt bid-daqq tal-qanpiena tal-knisja tar-raħal. F'idejh, il-ħabel jinbidel f'girlanda forma ta' bajda. Din midmuma bi fjuri li jżejnu l-kampanja u l-ġonna Maltin fi żmien ir-rebbiegħa: in-narċis, il-buqari ta' San Ġużepp, l-Ingliża, il-fidloqqom, u l-freżji. Ma tonqosx in-naħla Maltija, li biha jitkattru l-fjuri u li mix-xema' tagħha jsir il-Blandun li jitbierek waqt il-Vġili tal-Għid.
Din il-kartolina hija vojta minn ġewwa u pprintjata fuq karta Fedrigoni ta' 330gsm. Tintbagħat lill-indirizz provdut flimkien ma' envelop b'xejn, u tieħu madwar ġimgħa u nofs biex tasal. Dan huwa prodott ta' kwalità għolja.
Xerridha

