Skip to product information
1 of 2

San Bastjan - Ħal Qormi - Kartolina

San Bastjan - Ħal Qormi - Kartolina

Regular price €4,80 EUR
Regular price Sale price €4,80 EUR
Sale Sold out
Tax included.

Iċċelebra l-festa ta' Ħal Qormi b'kartolina oriġinali u l-ġmiel tagħha mingħand 4kelmiet!

Il-patrun tal-parroċċa - San Bastjan - jieħu postu fin-nofs tal-wiċċ tal-kartolina. Hu mdawwar bl-elementi kollha li jsawru l-festa tradizzjonali: il-mużika, id-dekorazzjonijiet tal-knisja, il-qubbajt, il-murtali...Il-fergħa tal-palma hija simbolu tal-martirju glorjuż tieghu. Il-vleġeg u l-emblema tal-Gran Mastru Pinto, waqt li l-pavaljun aħdar fl-isfond ifakkarna fiċ-ċelebrazzjonijiet ferrieħa ad unur il-Megalomartri.

Jekk tixtieq:

  • tistieden lil xi ħadd speċjali għall-ikla annwali tal-festa
  • twassal ftit mill-festa lil qrabatek imsifrin, jew
  • sempliċiment tnissel tbissima fuq wiċċ xi ħbieb tiegħek involuti fil-festa

din il-biċċa arti ċkejkna żgur ħa ġġib il-ferħ tal-festa Maltija fid-djar ta' min jirċeviha.

Din il-kartolina hija vojta minn ġewwa u pprintjata fuq karta Fedrigoni ta' 330gsm. Tintbagħat lill-indirizz provdut flimkien ma' envelop b'xejn, u tieħu madwar ġimgħa u nofs biex tasal. Dan huwa prodott ta' kwalità għolja. 

View full details