Marija Bambina - Isla - Kartolina
Marija Bambina - Isla - Kartolina
Couldn't load pickup availability
Il-patruna tal-belt tal-Isla - Marija Bambina - tieħu postha fin-nofs tal-wiċċ tal-kartolina. Hi mdawra bl-elementi kollha li jsawru l-festa tradizzjonali: il-mużika, id-dekorazzjonijiet tal-knisja, il-qubbajt, il-murtali...Id-disinn fih simboli storiċi u devozzjonali, li jinkludu l-arzell tal-Gran Mastru Claude de la Sengle, is-salib tal-Ordni ta' San Ġwann, il-monogramm Marjan, u l-istilel tal-Madonna.
Jekk tixtieq:
- tistieden lil xi ħadd speċjali għall-ikla annwali tal-festa
- twassal ftit mill-festa lil qrabatek imsifrin, jew
- sempliċiment tnissel tbissima fuq wiċċ xi ħbieb tiegħek involuti fil-festa
din il-biċċa arti ċkejkna żgur ħa ġġib il-ferħ tal-festa Maltija fid-djar ta' min jirċeviha.
Din il-kartolina hija vojta minn ġewwa u pprintjata fuq karta Fedrigoni ta' 330gsm. Tintbagħat lill-indirizz provdut flimkien ma' envelop b'xejn, u tieħu madwar ġimgħa u nofs biex tasal. Dan huwa prodott ta' kwalità għolja.
Xerridha
