Skip to product information
1 of 2

Kristu Re, kulur aħmar - Raħal Ġdid - Kartolina

Kristu Re, kulur aħmar - Raħal Ġdid - Kartolina

Regular price €4,80 EUR
Regular price Sale price €4,80 EUR
Sale Sold out
Tax included.

Iċċelebra l-festa ta' Raħal Ġdid b'kartolina oriġinali u l-ġmiel tagħha mingħand 4kelmiet!

Il-patrun tal-Bażilika - Kristu Re - jieħu postu fin-nofs tal-wiċċ tal-kartolina. Hu mdawwar bl-elementi kollha li jsawru l-festa tradizzjonali: il-mużika, id-dekorazzjonijiet tal-knisja, il-qubbajt, il-murtali...Il-globu bis-salib fuqu (il-Globus Cruciger), flimkien mal-weraq tar-rand marbut mas-slaten sa mill-ibghad zminijiet, jixhed il-maesta' ta' Kristu. Il-pagun huwa mislut mill-arma tal-Gran Mastru Antoine de Paule li poġġa l-ewwel ġebla ta' Raħal Ġdid fl-1626.

Jekk tixtieq:

  • tistieden lil xi ħadd speċjali għall-ikla annwali tal-festa
  • twassal ftit mill-festa lil qrabatek imsifrin, jew
  • sempliċiment tnissel tbissima fuq wiċċ xi ħbieb tiegħek involuti fil-festa

din il-biċċa arti ċkejkna żgur ħa ġġib il-ferħ tal-festa Maltija fid-djar ta' min jirċeviha.

Din il-kartolina hija vojta minn ġewwa u pprintjata fuq karta Fedrigoni ta' 330gsm. Tintbagħat lill-indirizz provdut flimkien ma' envelop b'xejn, u tieħu madwar ġimgħa u nofs biex tasal. Dan huwa prodott ta' kwalità għolja. 

View full details